Navigation Path: Home > The European Central Bank
Il-Bank Ċentrali Ewropew hu l-bank ċentrali għall-munita unika ta’ l-Ewropa, l-euro. Ir-rwol ewlieni tal-BĊE hu li jżomm il-poter ta’ l-akkwist ta' l-euro biex b'hekk iżomm l-istabbilità tal-prezzijiet fiż-żona ta’ l-euro. Iż-żona ta’ l-euro hi magħmula mis-16-il pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea li introduċew l-euro mill-1999 'l hawn.
Il-logo tal-BĊE u l-isem tiegħu fil-lingwi tat-Trattat ta’ l-UE
L-Eurosistema hija magħmula mill-BĊE u mill-BĊN tal-pajjiżi li adottaw l-euro. L-Eurosistema u s-SEBĊ ikomplu jeżistu flimkien sakemm ikun għad baqa’ Stati Membri ta’ l-UE barra ż-żona ta’ l-euro.