Navigation Path: Home > The European Central Bank > Organizzazzjoni > Teħid tad-deċiżjonijiet > Il-Kunsill Governattiv
Il-Kunsill Governattiv normalment jiltaqa’ darbtejn fix-xahar fil-Eurotower fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja.
Fl-ewwel laqgħa tiegħu ta’ kull xahar, il-Kunsill Governattiv jagħmel stima tal-iżviluppi ekonomiċi u monetarji u jieħu d-deċiżjoni tiegħu ta’ kull xahar dwar il-politika monetarja. Fit-tieni laqgħa tiegħu, il-Kunsill jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ dmirijiet u responsabbiltajiet oħra tal-BĊE u tal-Eurosistema.
Waqt li l-minuti tal-laqgħat ma jiġux ippubblikati, id-deċiżjoni dwar il-politika monetarja tiġi mfissra fid-dettall f’konferenza stampa li ssir ftit wara l-ewwel laqgħa ta’ kull xahar. Il-President, megħjun mill-Viċi-President, jippresjedi din il-konferenza stampa.
Ikklikkija fuq ritratt biex tkabbru
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
close
Ara l-Artikolu 10 tal-Istatut (tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew) għad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Kunsill Governattiv.
L-Artikolu 10.1: “Skond l-Artikolu 109a (1) ta’ dan it-Trattat, il-Kunsill Governattiv għandu jkun magħmul mill-membri tal-Bord Esekuttiv tal-BĊE u mill-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali.”