Navigation Path: Home > The European Central Bank > Organizzazzjoni > Rwoli
Id-dmirijiet tas-SEBĊ u ta’ l-Eurosistema huma stabbiliti fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Dawn huma speċifikati fl-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). L-Istatut huwa protokoll anness mat-Trattat.
It-test tat-Trattat jirreferi għas-‘SEBĊ’ iżjed milli għall-‘Eurosistema’. Dan ġie abbozzat fuq il-premessa illi l-Istati Membri kollha ta’ l-UE se jadottaw l-euro. Sakemm dan iseħħ, tkun l-Eurosistema li twettaq id-dmirijiet.
“L-għan ewlieni tas-SEBĊ huwa li żżomm l-istabbiltà fil-prezzijiet”.
U: “mingħajr preġudizzju għall-għan ta’ l-istabbiltà tal-prezzijiet, is-SEBĊ għandha tappoġġja l-linji politiċi ekonomiċi ġenerali fil-Komunità bil-għan illi tikkontribwixxi għal kisba ta’ l-għanijiet tal-Komunità kif stabbilit fl-Artikolu 2.” (Trattat (Artikolu 105 (1))
L-għanijiet ta’ l-Unjoni (Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea) huma livell għoli ta’ impjieg u ta’ żvilupp sostenibbli u mhux inflazzjonarju.
lura għall-bidu tal-paġna