Fl-Italja, id-disinji tal-muniti ta’ l-euro kienu soġġetti għal skrutinju minn kumitat tekniku u artistiku nazzjonali qabel ma ġew ippreżentati lin-nazzjon fuq RAI UNO, l-akbar stazzjon tat-televiżjoni nazzjonali ta’ l-Italja. Ġie magħżul disinn differenti għal kull denominazzjoni; l-għażla saret fost kapolavuri ta' artisti Taljani famużi.
5 ċenteżmi
Fuq din il-munita hemm xbieha ta' l-anfiteatru Flavius, li l-Imperatur Vespasian beda jibni madwar is-sena 75 wara Kristu u li ġie inawgurat mill-Imperatur Titus fis-sena 80 wara Kristu.
2 ċenteżmi
Din il-munita turi l-Mole Antonelliana, torri ddisinjat fl-1863 minn Alessandro Antonelli.
1 ċenteżmu
Fuq din il-munita jidher il-Castel del Monte.