Is-sit tagħna (Homepage), kif ukoll l-istrixxa tal-menù (ara hawn taħt), huma bl-Ingliż biss. Madankollu, ħafna mis-sotto-sezzjonijiet huma disponibbli bil-Malti.
![]()
Iż-żewġ sezzjonijiet li ġejjin, li jinsabu fl-istrixxa tal-menù, huma disponibbli bil-Malti.
The European Central Bank (Il-Bank Ċentrali Ewropew): hawn issib tagħrif ġenerali dwar il-BĊE kif ukoll fuq il-qafas legali tas-SEBĊ.Press (L-istampa) u Publications (Il-pubblikazzjonijiet) joffru ħafna dokumenti bil-Malti, għalkemm dawn is-sezzjonijiet ma ġewx tradotti kollha.
Nota: biex tikseb aċċess għall-verżjoni bil-Malti, ikklikkja fuq il-kodiċi tal-lingwa “mt” li ssib wara t-titlu bl-Ingliż.
Events (Avvenimenti) Tagħrif dwar wirjiet ta' l-arti ( Art exhibitions) u avvenimenti kulturali oħra ( Cultural Days of the ECB) ġeneralment jiġi mxandar bl-Ingliż, bil-Ġermaniż u bil-lingwa/i ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE li għalih ikun iddedikat l-avveniment. Dettalji dwar konferenzi u seminars jidhru bl-Ingliż biss.
Is-sezzjonijiet l-oħra tal-websajt - Statistics (L-istatistika), Monetary Policy (Il-politika monetarja) u Payments & Markets (Pagamenti & Swieq) huma maħsuba għall-ispeċjalisti fil-finanzi u fl-attivitajiet bankarji, u huma wkoll disponibbli bl-Ingliż biss.
Il-websajt tal-Bank Ċentrali ta’ Malta www.centralbankmalta.com hu wkoll sors utli għal xi tagħrif bil-Malti, kif ukoll bl-Ingliż.
lura għall-bidu