Navigation Path: Home > Press > Press releases > By date > 2006 > 3 ta' Awissu 2006
Fil-laqgħa ta’ llum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:
Ir-rata minima ta’ l-offerti fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament ta’ l-Eurosistema se tiżdied b’25 punt bażi għal 3 %. Din se tidħol fis-seħħ minn meta ssir l-operazzjoni li għandha tiġi regolata fid-9 ta’ Awwissu 2006.
Ir-rata ta’ l-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali se tiżdied b’25 punt bażi għal 4 %, b’seħħ mid-9 ta’ Awwissu 2006.
Ir-rata ta’ l-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tiżdied b’25 punt bażi għal 2 %, b’seħħ mid-9 ta’ Awwissu 2006.
Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li tibda llum fis-2.30 ta’ wara nofsinhar (CET).
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.